Il-President tal-Korea ta’ Isfel qed jaffaċċja baraxx ta’ kritika wara li ddikjara stat ta’ liġi marzjali ftit tal-jiem ilu.
Yoon Suk Yeol, se jkun qed jgħaddi għal vot ta’ ‘impeachment’ nhar is-Sibt li ġej – dan wara li tefa’ l-pajjiż f’kaos sħiħ meta ddikjara stat ta’ liġi marzjali, biex imbagħad irtira d-deċiżjoni tiegħu.
Issa, kien imiss lill-partit fil-Gvern sabiex jiddikjara li Yoon għandu jitneħħa minnufih wara din id-deċiżjoni li kkaġunat protesti kbar miċ-ċittadini tal-Korea ta’ Isfel, u membri parlamentari mill-Oppożizzjoni.
Han Dong-hoon, il-Kap tal-People Power Party – il-partit fit-tmun tal-pajjiż, iddikjara, li l-President Yoon għandu jkun sospiż b’mod immedjat mill-poteri tiegħu sabiex ir-Repubblika tal-Korea ta’ Isfel tkun protetta minnufih – wara allegazzjonijiet li l-President Yoon ordna arresti ta’ politiċi prominenti f’Seol għaliex kienu fost id-dimostranti li pprotestaw kontra l-liġi l-ġdida.
//= $special ?>