Wara filmat ippubblikat minn din il-kamra tal-aħbarijiet, li juri d-dalma li ħakmet bieb il-belt fil-ġimgħat ta’ qabel il-Milied, ittieħdet azzjoni immedjata sabiex tiġi lluminata s-siġra kontroversjali.
Dan wara li lbieraħ, is-siġra kontroversjali tal-Milied, sfat mingħajr dawl għal tul ta’ ħin. Kien Net News li xandar filmat li juri mhux biss is-siġra tal-Milied bla dawl, iżda anke t-toroq ta’ madwar il-Parlament.
Wara li dan il-filmat beda jiċċirkola online, ittieħdet azzjoni immedjata u għaldaqstant tpoġġew żewġ spotlights taħt is-siġra sabiex jilluminawha.
Din is-siġra tal-Milied, kienet kontroversja sħiħa fl-aħħar ġranet hekk kif bosta ddeskrivewha bħala siġra xejn sabiħa f’nofs bieb il-belt – dan hekk kif hi mimlija gallariji u elementi ta’ kostruzzjoni.
//= $special ?>