Lokali

‘Misraħ il-Milied’ fid-Dar Ċentrali tal-Partit Nazzjonalista

Il-Partit Nazzjonalista għal darb oħra ser jerġa’ jiftaħ il-bibien tad-Dar Ċentrali għal tlett ijem ta’ attivitajiet relatati ma’ żmien il-Milied.

Dan hekk kif ser ikun hemm bosta stands b’affarijiet għall-bejgħ bħal ponsjetti, ikel u ħelu relatat ma’ dan iż-żmien qaddis.

Apparti min hekk ser ikun hemm ukoll wirja ta’ presepji varji magħmulin b’sengħa kbira minn artisti lokali. Minn aspett artistiku ser ikun hemm ukoll wirja ta’ xogħol ta’ pitturi mill-artitst Malti Frank Bonnici.

Matul dan kollu, diversi korijiet ser ikunu qegħdin ikantaw melodiji tal-Milied – dan fost attivitajiet għal familja kollha.

B’hekk, il-Partit Nazzjonalista qiegħed jistieden lil kulħadd sabiex jattendi għal ‘Misraħ il-Milied’ fid-Dar Ċentrali – dan ukoll sabiex jinġabru fondi adegwati għall-Partit Nazzjonalista.