Lokali

NGO toħroġ l-ewwel ktieb ta’ riċetti zero waste għat-tfal f’Malta

Gael Ferraglia Buston, li l-arti tiegħu tidher fuq il-faċċata tal-ktieb tar-riċetti Foodwise Families, flimkien ma’ Jeremy Vassallo, CSR Manager fl-APS Bank u Maria Gabrielle Doublesin, President ta’ NWAMI International Malta.

NWAMI International Malta (NIM) ippubblikat ktieb innovattiv ta’ riċetti zero waste immirat għal koki żgħażagħ ta’ bejn is-6 u 14-il sena. Il-ktieb, parti mill-inizjattiva Foodwise Families ta’ NIM, joffri riċetti minn madwar id-dinja li jittrasformaw il-fdalijiet tal-ikel fi platti delizzjużi kif ukoll attivitajiet interattivi u pariri dwar is-sostenibbiltà. Il-ktieb fih ukoll taqsima dwar “l-ekonomija għat-tfal”, li tippromwovdi lezzjonijiet divertenti u sinifikanti fis-sostenibbiltà.

Ir-riċetti jinkludu kreazzjonijiet ta’ ispirazzjoni flimkien ma’ stejjer ta’ reżiljenza kulturali li jenfasizzaw kif il-familji madwar id-dinja jimmassimizzaw kull ingredjent. Barra minn hekk, dan il-ktieb tat-tisjir fih xogħol artistiku minn studenti żgħażagħ li pparteċipaw f’kompetizzjoni biex jirriflettu s-sbuħija tad-diversità kulturali u tisjir bla skart.

Il-proġett Foodwise Families, appoġġjat mill-APS Bank u l-aġenzija diġitali Hive, kien jinkludi sensiela ta’ workshops tat-tisjir li matulhom familji minn sfondi differenti ngħaqdu flimkien biex jippreparaw ikliet zero waste, bl-użu ta’ pariri u tradizzjonijiet minn madwar id-dinja. Dawn il-workshops huma skedati li jkomplu fl-2025, u jipprovdu opportunità għall-parteċipanti biex jitgħallmu ħiliet ġodda u jikkontribwixxu għat-tnaqqis fil-ħsara ambjentali u klimatika kkawżata mill-ħela tal-ikel.

Dan il-ktieb tar-riċetti ġdid fih ix-xogħol tar-rebbieħ tal-kompetizzjoni tal-arti, Gael Ferraglia Buston ta’ 11-il sena fuq il-qoxra, flimkien max-xogħlijiet ta’ erba’ runners-up, tul il-ktieb.

Il-ktieb tar-riċetti ta’ Foodwise Families zero waste huwa disponibbli b’donazzjoni bid-dħul imur biex jappoġġja proġetti futuri tal-NIM. Għal aktar informazzjoni mur https://nwamiinternational-malta.org/Charity-Shop/foodwise-kids-fun-zero-waste-cooking-adventures-with-recipes-from-across-the-world/