Għaddejjen b’ritmu l-aħħar preparamenti għall-Maratona Ġbir ta’ Fondi tal-Partit Nazzjonalista li se tittella’ nhar il-Ħadd fid-Dar Ċentrali tal-Partit Nazzjonalista.
Hekk kif waqt din il-Maratona Ġbir ta’ Fondi l-Partit Nazzjonalista se jkun qed jerġa’ jiddependi fuq il-ġenerożità tan-nies sabiex jiġbor fondi tant huma meħtieġa sabiex il-Partit Nazzjonalista jkompli jwettaq il-pjan tiegħu u joffri l-alternattiva għall-Gvern bi pjan fit-tul li tant hemm bżonn f’pajjiżna.
L-inizjattiva ġbir ta’ fondi se tkun qed tixxandar ukoll fuq ir-radju permezz ta’ xandira speċjali fuq NetFM, b’dawk kollha li jixtiequ jkunu parti minn din il-maratona jkunu mħeġġin jingħaqdu mal-Partit Nazzjonalista fid-Dar Ċentrali tal-Partit Nazzjonalista, f’Tal-Pietà.
//= $special ?>