Sport

Parteċipazzjoni internazzjonali tajba f’Malta għall-kampjonati tal-Euromed

170 baħħara minn 27 pajjiż huma mistennija jikkompetu fl-24 Euromed Mapfre International Championship bejn id-19 u t-22 ta’ Diċembru.

Il-Kampjonati Internazzjonali ospitati mill-Malta Young Sailors Club (MYSC), se tinkludi l-Kampjonati tal-Klassi Optimist. Għat-tieni sena konsekuttiva, il-kompetizzjoni ILCA se tkun parti mis-serje prestiġjuża Europa Cup immexxija taħt l-awspiċi tal-EurILCA, il-korp governattiv għall-Klassi ILCA fl-Ewropa.

Fost il-pajjiżi parteċipanti hemm il-Baħrain, il-Brażil, Ċipru, id-Danimarka, l-Estonja, Franza, il-Ġermanja, il-Greċja, Hong Kong, l-Irlanda, l-Istati Uniti tal-Amerika, l-Italja, l-Iżvezja, l-Iżvizzera, il-Kanada, il-Litwanja, il-Moldova, Monaco, l-Olanda, ir-Renju Unit, Singapore, l-Islovakkja, l-Islovenja, it-Tajwan, it-Tuneżija u l-Ukrajna.  Malta se tkun irrappreżentata sew mill-klabbs kollha tal-ibburdjar, fosthom Birżebbuġa Sailing Club (BSC), il-Malta Young Sailors Club (MYSC), ir-Royal Malta Yacht Club (RMYC), u l-Vikings Sailing Club (VSC).

Kif isir kull sena l-Malta Young Sailors Club (MYSC) ser torganizza Pre-Euromed Clinic immexxi mill-kowċ kap Simone Ricci, li l-kurrikulu impressjonanti tiegħu jinkludi ħidma ma’ Marco Gradoni, champion tad-dinja Optimist għal tliet darbiet u rebbieħ tas-17-il edizzjoni tar-Regatta Euromed fl-2016, kif ukoll l-iżgħar rebbieħ tal-Premju Rolex World Sailor of the Year. Ricci se jkun akkumpanjat mill-kowċ tal-klabb Manuel Hormiga u l-atleta Olimpika Ingrid Petitjean, biex jiżguraw li l-parteċipanti jibbenefikaw minn għarfien u esperjenza estensiva.

Flotta Optimist

Kważi 100 baħħar huma mistennija jikkompetu f’din il-klassi, li kienet il-pedament tal-kompetizzjoni Euromed sa mill-bidu tagħha.

Għandu jiġi nnutat ukoll li l-Kampjonati tad-Dinja Optimist ta’ din is-sena, li qed isiru fl-Arġentina ftit qabel il-bidu tal-Euromed, kienu konsiderazzjoni loġistika għal diversi timijiet inkluż dawk Maltin. Madankollu, tlieta minn dawn il-membri tat-tim Nazzjonali kkonfermaw li se jagħmlu l-almu tagħhom biex jipparteċipaw fil-Euromed.

It-tieni darba għall-Malta Young Sailors Club

Din is-sena timmarka t-tieni darba li l-Malta Young Sailors Club qed jospita wieħed mill-avvenimenti finali ta’ din is-serje annwali f’Malta.

Malta ser tkun irrappreżentata minn tim b’saħħtu u ta’ talent. Huma se jiffaċċjaw kompetizzjoni iebsa minn parteċipanti internazzjonali prominenti.

L-24 edizzjoni tal-Euromed Mapfre International Championships qed issir taħt l-awspiċji tal-Federazzjoni Maltija tal-Ibburdjar u appoġġjata mill-isponsors.