Il-Katidral ta’ Notre-Dame de Paris se jkun qed jerġa’ jiftaħ il-bibien tiegħu s-Sibt 7 ta’ Diċembru fis-7pm.
Għal din iċ-ċelebrazzjoni se jkunu qed jattendu 50 mexxej minn numru ta’ pajjiżi fosthom ukoll, il-President tal-Parlament Ewropew u MEP Nazzjonalista Roberta Metsola.
Il-Katridal ta’ Note Dame fi Franza, kien inħakem minn nirien devastanti lura f’April tal-2019. Fejn f’dawn l-aħħar ħames snin saru xogħlijiet estensivi fuq dan il-bini storiku fi Franza.
Iċ-ċerimonja tas-Sibt se ssir b’ringrazzjament għal dawk kollha li kellhom sehem fir-restawr ta’ dan il-katridral storiku.
//= $special ?>

