Lokali

Il-Ministru Owen Bonnici ma jirrispondix dwar kif se jiżgura li jitħallsu l-artisti

Il-Ministru Owen Bonnici baqa’ ma spjegax kif ser jiżgura li l-ħaddiema li għadhom ma tħallsux mill-Film Commission, u essenzjalment mill-Gvern, jieħdu dak li hu tagħhom bi dritt.

Dan wara li ġie kkonfermat minn minn numru sostanzjali ta’ artisti li s’issa għadhom ma rawx ċenteżmu wieħed – b’bosta artisti barranin ukoll għadhom qed jistennew li jitħallsu għax-xogħol li huma għamlu. U dan qed itappan ir-reputazzjoni ta’ Malta.

Bil-Prim Ministru, ftit tal-jiem ilu, surrealment saħaq li Johann Grech ser jibqa’ l-Kummissarju tal-Films, u li għandu l-fiduċja sħiħa tiegħu.

Min naħa tiegħu, il-Ministru Owen Bonnici baqa’ jdur mal-fatt li hemm nies li għadhom ma tħallsux għal xogħolhom mill-Gvern – saħansitra spiċċa jgħid li kull każ hu differenti.

Owen Bonnici spiċċa saħaq li l-affarijiet setgħu saru aħjar però hu xorta baqa’ ma rrispondiex dwar meta u kif ser jitħallsu dawk kollha li għadhom ma rċevewx il-pagamenti.

Net News staqsa wkoll jekk bħala l-Ministru għall-Kultura, il-Christmas Tree ta’ quddiem il-Parlament hix tal-gosti tiegħu, b’Bonnici jgħid li qed “jifhimha aktar”.