Birkirkara…………………1
Sliema W…………………..1
Birkirkara kienu miżmuma fi draw ta’ 1-1 minn Sliema Wanderers bl-Istripes itemmu l-partita bi plejer inqas. Sliema fil-vantaġġ wara 35 minuta meta l-ballun waqa’ eżatt f’saqajn Vito Plut li kkonkluda għal wara Giacomo Volpe.
Birkirkara wettqu reazzjoni fis-56 minuta permezz ta’ Maxuell Maia, bl-istess plejer jitkeċċa fis-70 wara li ntwera t-tieni karta safra.
Hibernians…………………3
Mosta………………………….2
F’partita oħra fl-Istadium Nazzjonali f’Ta’ Qali, Hibernians kisbu l-ewwel rebħa fit-Top Six meta għelbu lil Mosta bl-iskor ta’ 3-2. Kien Jurgen Degabriele li poġġa lil Hibernians fil-vantaġġ fis-26 minuta. Federico Falcone għamilhom 2-0 qabel il-mistrieħ.
Fit-tieni taqsima, propju fil-55 minuta, Mosta naqsu l-iskor permezz ta’ Joao Teixeira. Hibernians reġgħu fetħu vantaġġ doppju tliet minuti wara permezz ta’ gowl ieħor ta’ Degabriele. Mosta żammew it-tamiet tagħhom ħajjin sat-tmiem meta għamlu l-iskor 3-2 fit-72 minuta permezz ta’ Chiemezie Gabriel.
//= $special ?>