Lokali

Għada l-Martona Ġbir ta’ Fondi b’risq il-Partit Nazzjonalista

Kollox jinsab lest biex nhar il-Ħadd f’nofsinhar jingħata bidu għal Maratona Ġbir ta’ Fondi tal-Partit Nazzjonalista.

Waqt il-programm Net Live Veronica Perici Calscione, it-Teżorier tal-Partit Nazzjonalista, spjegat li l-importanza ta’ din il-maratona.

Tenniet li dawn il-fondi huma importanti wkoll biex isir l-investiment ukoll fil-midja tal-Partit Nazzjonalista li toffri programmi varji u anke programmi ta’ diskussjoni.

It-Teżorier tal-Partit Nazzjonalista spjegat kif dawn il-fondi li jinġabru mill-maratona huma essenzjali wkoll biex jissaħħah il-Partit Nazzjonalista li huwa gvern alternattiv.

Waqt il-programm Net Live Veronica Perici Calascione stiednet lill-poplu Malti u Għawdxi mhux biss biex jagħti d-donazzjonijiet tiegħu imma anke biex jżur-id-Dar Ċentrali tal-Partit Nazzjonalista.

Dan hekk kif stqarret ukoll dwar l-importanza tal-volontarji li b’ħafna dedikazzjoni jagħmlu ġid kbir lill-Partit Nazzjonalista.

Dan filwaqt li fid-Dar Ċentrali ngħata bidu wkoll għal Misraħ il-Millied fejn bosta affarijiet relatati maż-żmien tal-Milied se jkunu għal bejgħ fosthom ponsjetta, ħelu u xorb tal-Millied, kif ukoll korijiet li se jkunu qed ikantaw id-diski tal-Milied.