Il-Gvern qed ikompli jitlef il-kredibbiltà tiegħu fir-rigward tal-ħarisen tal-ambjent. Minn inizjattivi li huma favur ambjent sostenibbli sa tfiegħ tad-drenaġġ fil-baħar.
Dan intqal mill-editorjal tat-Times of Malta wara li l-Gvern ta’ Abela ma għamilx l-investiment li kellu jagħmel fil-buses eletriċċi, bil-fondi tal-Unjoni Ewropea. L-editorjal jispjega wkoll kif din id-deċiżjoni biex flok jiżdiedu l-buses elettriċi l-fondi Ewropej jingħataw lil persuni individwali turi inkompetenza politika.
L-editorjal jkompli jgħid li l-Gvern qed iħalli l-poplu jimxi fil-għama, dan għaliex il-poplu mhux qed jiġi mgħarraf dwar kif qed jinħarġu l-fondi pubbliċi u fejn qed jintefqu. Il-poplu qed jiltaqa’ ma’ konsegwenzi ta’ “gvern inkompetenti” li mhux biss qed jonqos li jwettaq ix-xogħol tiegħu iżda qed iżid mal-problemi ambjentali.
Statistiċi li ġew ippublikati din il-ġimgħa juru li Malta rregistrat l-akbar zieda f’emissjonijet ta’ gassijiet serra fost il-membri tal-Unjoni Ewropea f’2023, kompla jgħid l-editorjal,
U għalhekk li l-Ministru tat-Transport Chris Bonnet għandu joffri spjegazzjoni għaliex dawn il-fondi Ewropej ġew imwaqqfa. Barra minn hekk, hemm bżonn li jkun hemm pjan ta’ miżuri li ser jittieħdu sabiex jitnaqqas it-tniġġiz fl-arja, biex b’hekk il-familji Maltin ma jkomplux ibatu minn nuqqas ta’ arja nadifa.
L-editorjal jgħid ukoll li sena ilu ġew introdotti 30 karozza tat-trasport pubbliku li jaħdmu bl-elettriku f’Malta. Madanakollu din l-inizjattiva ma tistax tissarraf f’ħafna ġid, issa li inizjattivi bħal dawn mhux qed ikunu sotnuti mill-Gvern.
//= $special ?>
