Internazzjonali

Il-maltempata Darragh tolqot ir-Renju Unit u l-Irlanda: Twissija ħamra fuq t-temp

Miljuni ta’ persuni ġew imwissija biex jibqgħu f’darhom, hekk kif il-maltempata Darragh laqtet ir-Renju Unit u l-Irlanda.

L-uffiċċju metereoloġiku fir-Renju Unit ħareġ twissija ħamra fuq ir-riħ għal parti l-kbira ta’ Wales u ankè għal xi reġjuni fil-Lbiċ tal-Inġilterra.

Intant, il-Gvern Ingliż qed iħeġġeġ lill-pubbliku biex jibqgħu f’darhom minħabba li mhuwiex sigur li toħroġ barra f’dawn il-kundizzjonijiet.

Il-maltempata Darragh laqtet l-Irlanda l-ewwel, qabel ma mxiet fuq il-Gżejjer Britanniċi, dan filwaqt li ħafna partijiet mir-Renju Unit qed jitħabtu biex jirkupraw minn maltempati riċenti li laqtu l-pajjiż.

Din it-twissija ħamra bdiet is-Sibt fit-3 ta’ filgħodu u se tibqa’ fis-seħħ sal-11 tas-Sibt filgħodu.