Il-Ministru Chris Bonnet spiċċa jammetti li kienu qed joħorġu permessi lil operaturi tal-Y plates mingħajr ma jkollhom post fejn jipparkjaw il-vetturi tagħhom.
Dan meta kien qed iwieġeb, waqt il-programm il-Każin dwar l-iżbilanċ bejn l-aġenziji tal-Y plates.
Waqt dan il-programm, il-Ministru Bonnet spiċċa jammetti wkoll li ż-żieda fil-popolazzjoni tefgħet piż fuq it-traffiku.
Dan it-traffiku qed iwassal gal frustrazzjoni kbira u impatt negattiv fuq is-saħħa mentali fost il-Maltin u l-Għawdxin li jdumu għal sigħat twal fil-vettura tagħhom biex jaslu minn post għall-ieħor.
Skont l-aħħar statistika maħruġa mill-NSO, f’pajjiżna hawn 443,193 vettura.
Waqt diskussjoni li fiha l-Ministru Bonnet ftit li xejn ta ideat kif se jsolvi l-problema tat-traffiku, ix-Shadow Minister Mark Anthony Sammut saħaq dwar l-importanza tal-infurzar mill-ħaddiema ta’ Transport Malta.
//= $special ?>
