Il-President Franċiz Emmanuel Macron jinsab f’pożizzjoni fraġli ferm wara li l-Prim Ministru Michel Barnier spiċċa sfiduċjat mill-membri parlamentari.
Għal din ir-raġuni Macron qed jittama li jikseb xi punti politiċi bil-ftuħ tal-Katidral tan-Notre Dame matul il-jum tas-Sibt.
Emmanuel Macron se jkun akkumpanjat mill-President elett Donald Trump, il-Prinċep William, il-President tal-Ukrajna Volodymyr Zelenzky, il-President tal-Parlament Ewropew Roberta Metsola u diversi mexxejja oħra internazzjonali.
Macron se jkun qed jippreżenta lill-Katidral li ġie rrinovat bħala simbolu ta’ saħħa u perseveranza f’dan iż-żmien ta’ instabbiltà politika.
U proprju għalhekk li fid-diskors tiegħu se jkun qed isostni biex il-poplu jħares lil hinn mill-politika. Il-Katidral tan-Notre Dame se jkun qed jinfetah wara li ħames snin u nofs ilu kien inħakem minn nirien devastanti.
Bil-pjan ta’ Macron biex il-ftuħ ta’ Notre Dame ikun il-qofol tal-attivitajiet tas-sena 2024 jispiċċaw imtappna bl-iżviluppi politiċi.
//= $special ?>