Lokali

Il-President ta’ Malta tiltaqa’ mas-sewwieqa tal-muturi fil-Palazz ta’ San Anton

Matul il-jum tas-Sibt, l-eċċellenza tagħha l-President ta’ Malta Myriam Spiteri Debono laqat grupp ta’ sewwieqa tal-muturi fil-Palazz ta’ San Anton li qegħdin jieħdu sehem f’attività bil-muturi bħala parti mill-50 anniversarju minn meta Malta saret Repubblika.

Dan l-avveniment ġie organizzat minn Festivals Malta flimkien mal-Fondazzjoni għaċ-Ċelebrazzjonijiet Nazzjonali Maltin.

Net News kien preżenti għal dan l-avveniment u tkellem ma’ Giacomo Agostini, li huwa eks sewwieq tal-MotoGP u li rebaħ 15-il kampjonat dinji tal-Moto GP.

Intant, Stephen Zammit, il-President ta’ Tredecim Motorcycle Club, tkellem ma’ Net News fuq l-għaqda li huwa President tagħha u l-għożża li għandhom għall-muturi.

Barra minn hekk, dan l-istazzjon tkellem ukoll ma’ Silvio John Farrugia, li huwa l-President ta’ S.S.S Skull Bikers Malta. Il-President ta’ S.S.S Skull Bikers Malta tkellem ukoll fuq l-għaqda li huwa l-President tagħha u fuq l-importanza li għandhom avvenimenti bħal dawn għal passjoni tagħhom lejn il-muturi.

Preżenti għal din l-attività kien hemm ukoll ammont kbir ta’ nisa bl-għan komuni għall-imħabba tagħhom lejn il-muturi.