Il-plejer ta’ West Ham Michail Antonio kien involut f’inċident ikrah tat-traffiku. Fi stqarrija, West Ham qalu li l-plejer ta’ 34 sena kien involut f’inċident tat-traffiku iżda ma tawx aktar informazzjoni dwar saħħet il-plejer.
Rapporti fl-Ingilterra qalu li l-plejer ittieħed l-isptar. Bosta timijiet inagħqdu ma’ West Ham sabiex joffru s-sapport tagħhom lil Antonio.
Aktar tard, West Ham ħabbru li l-plejer sofra ġrieħi ħfief u jinsab f’sensih hekk kif qiegħed ukoll jikkomunika mal-qraba tiegħu.
//= $special ?>