Il-forzi armati tar-ribelli kontra l-President tas-Sirja Bashar al-Assad irnexxielhom jokkupaw 90% tar-reġjun Deraa.
Din qed titqies bħala kisba importanti għar-ribelli hekk kif il-belt ta’ Deraa għandha importanza kbira kemm strateġikament kif ukoll simbolikament. Dan hekk kif Deraa hija proprju l-post fejn bdiet ir-rivoluzzjoni fl-2011, li waslet għal gwerra ċivili li minekjja li kienet naqset fl-intensità tagħha ma kienet waqfet qatt.
Rapporti jindikaw li l-forzi ħadu kontroll ta’ ħafna bażijiet militarji wara battalji deskirtta bħala vjolenti. Barra minn hekk, sorsi viċin r-ribelli qed jgħidu li se jilħqu ftehim biex l-armata tirtira u l-forzi militari jagħtu permess biex jivvjaġġaw sa Damaskus.
Fit-tramuntana tal-pajjiż, ir-ribelli waslu sal-belt Homs, u minbarra hekk forzi ta’ Kurdistan okkupaw il-belt Deir Ezzor, li hija l-aktar belt importanti għall-gvern fid-desert tal-lvant.
Intant, il-Ġordan, flimkien mal-Istati Uniti u r-Renju Unit appellaw liċ-ċitadini kollha tas-Sirja sabiex jitilqu minn dan il-pajjiż malajr kemm jista’ jkun.
//= $special ?>