Il-President tal-Korea t’Isfel irnexxilu bi żbrixx jevita impeachment, dan minkejja li r-rappreżentanti kollha tal-partit tal-President, minbarra tlieta, ibbojkotjaw il-vot sabiex iżommu l-President Yoon Suk Yeol responsabbli, u jagħmlu l-ewwel pass fit-tneħħija tiegħu wara li kien iddikjara liġi marzjali ftit jiem ilu.
Sabiex il-President jirriżenja kellu bżonn 200 vot.
Fost id-delegati li bbojkotjaw il-vot, Cho Kyung-tae kien wieħed mill-ewwel li kien qal inizzjalment li kien favur il-vot. Meta mistoqsi dwar it-tibdil fid-deċiżjoni tiegħu, qal li minkejja li inizzjalment kien favur, għax il-President ma kienx ta apoloġija lill-poplu.
Intant, għexieren ta’ eluf ta’ nies ħarġu jipprotestaw barra l-parlament favur dan il-vot u kontra Yoon, bi wħud minnhom anke jgħajtu għall-arrest tiegħu.
U minkejja li eventwalment il-folla bdiet tonqos, il-messaġġ kien wieħed ċar li huma se jkomplu jiġġieldu favur id-demokrazija sakemm il-President jitneħħa jew jirreżenja.
Inant, qabel ittieħed dan il-vot, sar vot ieħor fil-konfront tal-mara ta’ Yoon Suk Yeol, li qed tiġi investigata rigward korruzzjoni tal-flus u l-elezzjoni, li falla b’żewġ voti.
Minn naħa tagħhom l-Oppożizzjoni qalu li se jkunu qed iressqu dan il-vot kull nhar ta’ Sibt, bil-għan li tiżdied il-pressjoni fuq il-gvern.
//= $special ?>