Għadha kif ingħatat bidu għall-Maratona Ġbir ta’ Fondi tal-Partit Nazzjonalista fid-Dar Ċentrali f’Tal Pieta, bil-għan li jinġabru fondi sabiex il-Partit Nazzjonalista jkun jista’ jibqa’ jwettaq ix-xogħol tiegħu u jwassal il-politika tiegħu qalb il-Maltin u Għawdxin.
Il-Maratona Ġbir ta’ Fondi infetħet mit-Teżorier tal-Partit Nazzjonalista Veronica Perici Calascione flimkien mas-Segretarju Organizzattiv tal-Partit Nazzjonalista Stefan Caruana.
Iż-żewġ uffiċjali tal-Partit Nazzjonalista stqarrew li matul il-ġurnata tal-lum il-Partit Nazzjonalista se jkun qed idur fuq il-ġenerożità tal-poplu sabiex jiġbor fondi importanti ħafna, f’mument kruċjali li qiegħed fih il-pajjiż fejn jeħtieġ li jsiru numru ta’ deċiżjonijiet.
B’Veronica Perici Calascione tispjega illi minkejja li l-fondi huma importanti, huwa importanti wkoll li wieħed jiġi u jżur id-Dar Ċentrali fejn se jkollu ċans jitkellem u jiddiskuti ma’ bosta uffiċjali u kandidati tal-Partit Nazzjonalista.
Minn naħa tiegħu, Stefan Caruana stqarr li apparti li d-donazzjonijet huma importanti ħafna, fid-Dar Ċentrali wieħed se jkun jista’ jesperjenza l-ispirtu tal-Milied permezz ta’ wirjiet u stalls fid-Dar Ċentrali.
Huwa għalhekk li kull min jixtieq jagħti s-sehem tiegħu sabiex il-Partit Nazzjonalista jerġa’ jissaħħaħ jista’ jżur id-Dar Ċentrali, u jista’ wkoll jagħti d-donazzjoni tiegħu permezz ta’ SMS jew billi jċempel fuq in-numri:
€10 – 5160 2003 €25 – 5180 2011 €50 – 5190 2050
SMS €6.99 – 5061 8928 BOV MOBILE – 7710 5905
//= $special ?>