Lokali

Iċċelebrata l-festa tal-Kunċizzjoni

Illum it-8 ta’ Diċembru huwa l-jum li fih il-Knisja Kattolika madwar id-dinja tiċċelebra l-festa tal-Madonna mnissla mingħajr ebda dnub – l-Immakulata Kunċizzjoni. Din il-festa ilha snin twal popolari anke f’pajjiżna, u għadha sal-lum festa pubblika.

F’Bormla, il-Knisja Kolleġġjata tal-Immakulata Kunċizzjoni tiċċelebra l-festa titulari tal-Immakulata Kunċizzjoni.

Fis-6:30pm l-Arċisqof se jiċċelebra quddiesa fil-Knisja Parrokkjali ta’ Marija Immakulata Omm il-Knisja f’Tal-Ibraġġ fl-okkażjoni tal-25 anniversarju mit-twaqqif tal-parroċċa.

F’Malta għandna żewġ parroċċi oħra bit-titular tal-Immakulata Kunċizzjoni – il-Parroċċa tal-Immakulata Kunċizzjoni, fil-Ħamrun u dik tal-Ibraġġ. Anke fir-Rabat Għawdex tiġi ċċelebrata din il-festa.