Il-Prinċep ta’ Wales iltaqa’ mal-President elett Trump fid-dar tal-ambaxxatur tar-Renju Unit fi Franza lbieraħ, wara li diversi mexxejja nġabru flimkien għall-ftuħ tan-Notre Dame, wara li kienet sofriet ħafna ħsara ħames snin ilu.
Waqt il-laqa’, Trump iddeskrivi l-prinċep bħala “bniedem tajjeb”, u qal li kien qed jagħmel xogħol eċċellenti.
Waqt iċ-ċeremonja, il-President ta’ Franza Emmanuel Macron tkellem dwar l-importanza tan-Notre Dame, quddiem il-President tal-Ukrajna Volodymyr Zelensky u l-mara tal-President tal-Istati Uniti Jill Biden, li kienet hemm f’isem il-President, fost oħrajn.
Huwa mifhum li l-Prinċep William u Trump iddiskutew l-importanza tar-relazzjoni bejn l-Istati Uniti u r-Renju Unit.
L-aħħar li ltaqgħu kien ħames snin ilu, meta Trump żar ir-Renju Unit.
//= $special ?>