Il-President elett tal-Istati Uniti Donald Trump qal illum li l-President tal-Ukrajna Volodymr Zelensky jrid jiffirma trattat mar-Russja sabiex iwaqqfu l-gwerra bejniethom.
Dan wara li l-President ta’ Franza Emmanuel Macron iltaqa’ magħhom f’Pariġi lbieraħ, hekk kif l-Ukrajna kienet qed tibda tinkwieta dwar il-pożżizjoni tal-gvern il-ġdid ta’ Trump rigward il-gwerra.
Trump kien ikkritika l-pożizzjoni tal-gvern tal-President Joe Biden wara li kien ta biljuni lill-Ukrajna għall-għajnuna militarji, u kien qal li jista’ jwaqqaf il-ġlied kollu f’ġurnata waħda. Fil-fatt, ftit sigħat wara l-laqa’ bejn Trump, Macron u Zelensky l-amministrazzjoni ta’ Biden ħabbru li se jagħtu kważi billjun dollaru f’aktar għajnuna militari lill-Ukrajna.
Trump iddikjara li Zelensky u l-Ukrajna jridu jiffirmaw trattat fuq il-pjattaform tiegħu Truth Social.
//= $special ?>