Dak li għal snin sħaħ serva bħala l-President tas-Sirja, b’ponn tal-ħadid u dittatorjal estrem, Bashar al-Assad, flimkien mal-familja tiegħu, ingħataw ażil mir-Russja.
Dan qed jiġi rrapportat mill-midja Russa hekk kif il-Ħadd filgħaxija waqt li s-Sirjani kienu qed jiċċelebraw il-ħelsien u libertà mir-reġim ta’ Assad, sorsi qrib il-Kremlin saħqu li Assad għamel il-wasla tiegħu f’Moska flimkien mal-familja tiegħu.
L-istess sorsi spjegaw li r-Russja laħqu ftehim mal-leaders Sirjani li qed imexxu l-oppożizzjoni hekk kif intqal li r-ribelli taw garanzija li mhux se jkunu qed imissu l-bażijiet militari Russi kif ukoll l-istituzzjonijiet diplomatiċi fil-pajjiż.
Bashar al-Assad ħarab mill-pajjiż waqt li r-ribelli ħadu l-kontroll tal-belt kapitali Damasku. Huwa kien ilu fit-tmexxija tal-pajjiż għal dawn l-aħħar 24 sena.
Inizjalment ħadd ma kien jaf fejn ħarbu hu flimkien ma’ martu u ż-żewġ uliedu, madanakollu, kelliema minn Moska spjegaw li Assad ħarab mis-Sirja wara negozjati mal-gruppi ribelli, u ċioè ħallewh jaħrab.
Intant, diversi filmati wrew lil bosta familji ferħanin huma u jqalbu ta’ taħt fuq il-palazzi presidenzjali f’Damasku, b’uħud jiġbdu s-selfies u eluf oħrajn jifirħu fit-toroq.
//= $special ?>