Internazzjonali

Għaddasa jgħinu fit-tfittxija għal persuna li qatlet il-Kap Eżekuttiv ta’ UnitedHealthcare

Għaddasa tal-Pulizija ssejħu sabiex jassistu fi tfittxija li qed issir għal persuna li qatlet lill-Kap Eżekuttiv ta’ UnitedHealthcare, Brian Thompson, fejn bħalissa qed issir tfittxija speċifikament fiz-zona tas-Central Park fi New York.

Kull evidenza tista’ tgħin f’din l-operazzjoni. Dan wara li fl-aħħar sigħat instab basket li fih kien hemm diversi ritratti tas-suspettat.

Minkejja dan għadha ma nstabitx l-arma li ntużat biex jinqatel Thompson meta wasal fil-lukanda Hilton għall-konferenza annwali tal-investituri tal-kumpanija tiegħu; qtil li seħħ nhar l-Erbgħa li għadda.

L-għaddasa li qed jassistu f’din l-operazzjoni huma mħarrġa speċifikament biex jirkupraw l-evidenza bl-użu ta’ tagħmir speċifiku.