Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech esprima solidarjetà sħiħa mal-vittmi u l-qraba tagħhom wara inċident traġiku fl-Italja.
Dan hekk kif tal-inqas żewġ persuni tilfu ħajjithom, tlieta jinsabu neqsin u disgħa oħrajn spiċċaw feruti wara nirien f’raffinerija tal-Eni, f’Calenzano, biswit Firenze.
Bernard Grech stqarr li l-feruti u dawk kollha li ntlaqtu b’din it-traġedja jinsabu f’talbna u awguralhom fejqan ta’ malajr.
Intant, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista saħaq dwar il-bżonn li nibqgħu viċin il-ħaddiema u r-residenti taz-zona f’dan il-mument diffiċli.
//= $special ?>