Ir-Rapper Jay-Z qed ikun akkużat li stupra tifla ta’ 13-il sena flimkien ma’ Sean “Diddy” Combs wara li ġew fi tmiemhom l-MTV Video Music Awards fl-2000.
Il-vittma li isimha mhux qed jixxandar iżda qed tiġi ddentifikata bħala “Jane Doe” qalet li kollox seħħ f’party li seħħ wara l-awards.
Il-kawża li nfetħet kienet oriġinarjament issemmi lil Combs iżda eventwalment issemma’ isem Shawn Carter, magħruf aħjar bħala Jay-Z.
Doe qalet li hi twasslet għal dan il-party minn ħabiba tagħha, liema party ma kellhiex ticket għalih. Kien hawnhekk fejn hi avviċinat sewwieqa ta’ limousine biex tipprova tidħol għal dan il-party. B’wieħed mis-sewwieqa jgħidilha li hi kienet eżatt dik li Diddy kien qed ifittxet, bl-istess sewwieq jiġborha 20 minuta wara u jwassalha f’dar fejn kellha tiffirma xi dokument.
//= $special ?>