Basketball Sport

Kampjonat BOV: Irġiel Starlites JSD jagħtu l-ewwel telfa lil Luxol Sherries Estates

(Ritratt: Stephen Christopher Vella)

Colin Schembri

Starlites JSD……………………108

Valletta Lions………………….58

(27-17)(28-7)(27-13)(26-21)

Starlites bdew l-impenn doppju li kellhom fi tmiem il-ġimgħa b’rebħa faċli fuq Valletta Lions 108-58. Valletta kienu mingħajr l-Amerikan Eric Terry għal raġunijiet familjari fil-waqt li Starlites kellhom l-Amerikani Joseph Davis u Trevon Reddish jaqsmu bejniethom 48 punt b’Reddish ikollhu wkoll 18 -il rebound. Starlites ħarġu tajjeb b’run inizjali mmexxija minn Davis u Curran. Għal Valletta kien hemm risposta minn Piotr Stelmach kif ukoll trippla ta’ Nicholas Grech u basket ta’ Nikola Vasovic. Starlites però għamlu run ta’ 14-4 lejn it-tmiem tas-sessjoni bil-punti kollha jaslu minn Davis u Curran għal skor ta’ 27-17. Fit-tieni sessjoni, Starlites żiedu l-pass tagħhom b’run qawwija ta’ 22-2 li rat lil Reddish u Benjamin Curran jispikkaw, fosthom b’dunks flimkien ma’ trippli minn Kolten Mortensen. Valletta kienu limitati għal seba’ punti biss f’din is-sessjoni grazzi għal difiża aggressiva ta’ Starlites, li temmew il-perjodu fuq quddiem bi skor ta’ 55-24.

Fit-tielet sessjoni, Valletta ppruvaw inaqqsu d-distakk bil-kontribut ta’ Stelmach u Vasovic, iżda Starlites baqgħu dominanti grazzi għal Reddish u Davis, li komplew iżidu l-vantaġġ tagħhom bi plays ta’ fast break u preċiżjoni fuq il-free throw line. Starlites għalqu t-tielet perjodu fuq skor komdu ta’ 82-37. Fl-aħħar sessjoni, Starlites żammew il-pass tagħhom filwaqt li Valletta komplew jippruvaw inaqqsu d-distakk speċjalment bil-punti ta’ Vasovic, li skorja diversi punti inkluż żewġ trippli konsekuttivi. Minkejja dan, Starlites komplew jikkontrollaw il-logħba b’Andrew Aquilina u Louie Farrugia jagħmlu l-aħħar punti biex assiguraw rebħa kbira ta’ 108-58.

Starlites JSD: B. Curran 13, J. Davis 34, A. Aquilina, K Fabri 1, I. Felice Pace, M. Fabri 13, M. Scerri 15, L. Farrugia, K. Xuereb 6, N. Sultana, K. Mortensen 2, T. Reddish 17.

Valletta Lions: N. Grech 9, F. Mifsud Bonnici 10, P. Stelmach 20, A. Attard, D. Schembri, J. Camilleri, N. Vasovic 17, S. Vincic 3, E. Terry 23.

Referees: Bernard Vassallo, Fiorentina Ciurariu, Zvezdan Dobrosaviljevic

Luxol Sherries Estates………71

Starlites JSD……………………..73

(20-27)(15-20)(20-12)(16-14)

Ic-champions Starlites JSD waqqfu l-mixja ta’ Luxol fil-kampjonat hekk kif tawhom l-ewwel telfa fi tmiem ta’ partita eċitanti. Għal Luxol kien hemm wirja mill-aqwa ta’ Nathan Xuereb bi 30 punt fosthom sitt trippli. Il-punti bdew ġejjin b’ritmu regolari fl-ewwel sessjoni hekk kif kien hemm diversi trippli fuq kull naħa fosthom 3 ta’ Xuereb u tlieta wkoll għall-Amerikan ta’ Starlites Joe Davis. Kienu Luxol li ħadu l-ewwel vantaġġ bl-ewwel punti ta’ Darron Howard u Caleb Mccrary u l-ewwel trippla ta’ Xuereb. Starlites irrispondew b’run ta’ 15-2 bi trippli minn Ian Felice Pace, Andrew Aquilina u Davis biex marru 17-8 minn fuq. Luxol ġew lura grazzi għal Stefan Cappello u Xuereb però Starlites baqgħu fuq quddiem wara trippla ta’ Davis 27-20. Fit-tieni sessjoni, Xuereb kompla bi trippla oħra għal Luxol però Starlites għamlu seba’ punti mingħajr risposta bi trippla ta’ Matthew Scerri. Xuereb għamel il-ħames trippla tiegħu però Davis baqgħu konsistenti fl-attakk tagħhom bil-coach Paul Ferrante jdawwar il-players b’Kai Fabri jagħqqdilhom l-43 punt b’basket mill-isbaħ. Wara risposta minn Mccrary għal Luxol, Starlites għalqu t-taqsima bil-punti ta’ Davis u Felice Pace biex daħlu jistrieħu 47-35 minn fuq.

Luxol bdew it-tielet sessjoni b’żewġ baskets minn Howard u Vukassin Jandric b’Ferrante jsejjaħ time-out wara ftit aktar minn minuta u nofs. Hawn però Jandric kellu jħalli l-court wara żewġ fouls tekniċi msaffra kontrieh. Il-partita kellha tieqaf għal madwar 8 minuti minħabba konfużjoni f’deċiżjoniet tal-uffiċjali wara azzjoni bejn Trevon Reddish u Xuereb bl-Amerikan jirriskja tkeċċija wara ritaljazzjoni. Wara dawn kollhu, kien hemm run ta’ 8-0 minn Luxol li rathom inaqqsu d-distakk għal punt 50-51, Trippla ta’ Scerri tat ftit tan-nifs lil Starlites u għalkemm Adam Azzopardi wkoll għamel trippla għal Luxol, il-perjodu għalaq bi Starlites 4 minn fuq 59-55. Starlites bdew tajjeb fl-aħħar sessjoni fejn Davis kompla bil-wirja stupenda tiegħu u għamel seba’ punti konsekuttivi. Wara li Starlites marru 12 minn fuq 72-60, sofrew ir-rimonta ta’ Luxol li rathom jagħmlu run ta’ 11-0 kważi koillha minn Xuereb flimkien ma’ trippla ta’ Howard. Luxol kellhom il-ballun tal-aħħar attakk fl-aħħar seba’ sekondi però l-pass ta’ Adam Azzopardi ġie nterċċettat minn Starlites li għalqu l-partita bi free-throw ta’ Aquilina u ħarġu rebbieħa 73-71.

Luxol Sherries Estates: D. Howard 15, E. Caruana Montaldo, A. Azzopardi, I. Azzopardi, V. Jandric 2,  JP Schembri, N. Xuereb 30, P. Engelbert, N. Bukva, CJ Mccrary 15, M. Matijevic, S. Cappello 4.

Starlites JSD: B. Curran 4, J. Davis 34, A. Aquilina 4, K Fabri 2, I. Felice Pace 10, M. Fabri, L. Riolo, M. Scerri  8, L. Farrugia, K. Xuereb, K. Mortensen, T. Reddish 10.

Referees: Fiorentina Ciurariu, Nicky Azzopardi, Miguel De Flavia

Athleta AtoZ…………………64

Sigma Depiro……………….84

(19-22)(15-23)(13-16)(17-23)

Depiro rritornaw għar-rebħ fil-kampjonat wara li għelbu lil Athleta AtoZ 84-64. Din kienet l-ewwel partita bejn dawn iż-żewġ timijiet dan l-istaġun u t-tnejn li huma bdewha b’rebħa kull wieħed. Depiro fetħu l-partita bl-ewwel baskets minn Miguel Brincat u Cameron Cornelius. Athleta wieġbu b’seba’ punti mingħajr risposta bit-timijiet jirrispondu lil xulxin għal parita ta’ 10-10. Depiro reġgħu marru fuq quddiem bil-punti ta’ Cornelius u David Bugeja u żammew il-vantaġġ minkejja trippla ta’ Juan Cefai għall-Athleta. Sa’ tmiem is-sessjoni kien hemm aktar punti fuq kull naħa biex Depiro temmew l-ewwel sessjoni fuq quddiem 22-19. Fit-tieni perjodu wara aktar punti minn Cornelius, Athleta għamlu trippla minn Caleb Matthews però hawn Depiro għamlu run ta’ 12-2 maqsuma bejn Cornelius, Bugeja u Brandon Porter. Athleta waqqfuhom bil-punti ta’ Kurt James però Brincat malajr wieġeb bi trippla għal Depiro. Athleta għalqu s-sessjoni b’ħames punti minn Maxwell Amoafo u James għal skor ta’ 34-45.

Fit-tielet taqsima, Athleta naqqsu d-distakk permezz ta’ James, Amoafo u Billy Zammit. Depiro għamlu run oħra ta’ 8-0 permezz ta’ Cornelius u Porter qabel ma James reġa’ wieġeb għall-Athleta. It-taqsima ntemmet bi break ieħor ta’ 7-2 minn Depiro għal skor ta’ 61-47. Il-ftuħ tal-aħħar taqsima kien aktar bilanċjat fejn Depiro kellhom trippla oħra minn Brincat b’Amoafo u Matthews iwieġbu għall-Athleta. Athleta rnexxielhom inaqqsu d-distakk għal 11 –il punt 59-70 però Depiro għamlu run finali ta’ 14-2 bi trippli ta’ Bugeja u Porter biex finalment ħadu r-rebħa fuq skor ta’ 84-64.

Athleta AtoZ: B. Zammit 2, R. Vitale, M. Amoafo 22, A. Garcia, C. Matthews 11, I. Xuereb 4, E. Abela, K. James 18, A. Bozanic 4, L. Borg, J. Cefai 3, G. Cassar.

Bettson Depiro:  S. Galea 2, D. Bugeja 16, N. Bozovic 6, N. Zivkovic, L. Stefanovic, A. Trapani, D. Tomasi 6, B. Porter 24, M. Brincat 8, C. Cornelius 22, M. Debattista

Referees: Bernard Vassallo, Nestor Rincon, Gordon Barbara

Valletta Lions………….139

Tigers………………………118

(23-22)(43-30)(34-39)(39-27)

Din il-partita offriet skor għoli hekk kif id-difiżi kienu ineżistenti fuq iż-żewġ naħat u aktar tista’ tgħid li kienet partita ta’ ħbiberija jew sessjoni ta’ taħriġ. Valletta kellhom biss seba’ players u Tigers kienu b’sitta. Mument kommoventi qabel il-partita kienet minuta silenzju li nżammet għal Paul Scicluna, pijunier għal Qormi Basketball Club u ziju ta’ Jonathan Camilleri player ta’ Valletta. Meta kien president Hal Qormi kienu rebhu il-promozzjoni ghal 1 diviżjoni darbtejn.

Rigward il-partita, ftit li xejn hemm x’jintqal hlief il-prestazzjoni ta’ players bħal Piotr Stelmach li spiċċa b’total ta’ 56 punt u 21 rebound u it-22 assist ta’ Francesco Mifsud Bonnici. Kien hemm ukoll 37 punt għal Nikola Vasovic u 39 għal Serge Hamparsoumian ta’ Tigers. Għal kronaka nsemmi li sal-halftime Valletta kienu 66-52 minn fuq. Huma għaqqdu l-mitt punt fit-tielet sessjoni b’basket ta’ Vasovic fil-waqt li għal Tigers kien Hamparsoumian li għaqqad dan l-iskor. Il-partita ntemmet fuq skor finali ta’ 139-118 biex Valletta ħadu t-tielet rebħa tal-kampjonat.

Valletta Lions: N. Grech 13, F. Mifsud Bonnici 10, P. Stelmach 56, A. Attard 3, J. Camilleri 2, N. Vasovic 37, S. Vincic 18.

Tigers: S. Hamparsoumian 39, I. Lockamy 21, M. Jalkh 7, R. Petriashvili 18, M. Grubaric 14,S. Saakian 19.

Referees: Bernard Vassallo, Nestor Rincon, Fiorentina Ciurariu