Mara ta’ 56 sena minn San Ġwann ġiet rikoverata b’urġenza fl-Isptar Mater Dei wara li waqgħet tliet sulari.
Il-każ seħħ dalgħodu għall-ħabta tad-9:10am, fi Triq Ħabb il-Qamħ, fil-Manikata.
Il-mara kienet qed iżżur binja li fuq ġewwa għadhom għaddejin xi xogħlijiet u weġġgħet wara li waqgħet madwar tliet sulari ġo xaft.
Net News jista’ jikkonferma li l-mara ma kinitx ħaddiema f’dan is-sit.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
//= $special ?>