Manchester United Supporters’ Club Malta (MUSC Malta) ħabbar li wieħed mill-Eks Presidenti tiegħu, Joe Glanville, huwa r-rebbieħ tal-Ian Stirling Fan Award 2024, l-ewwel rebbieħ ta’ dan l-unur wara proċess ta’ nominazzjoni.
MUSC Malta twaqqaf 66 sena ilu u huwa l-eqdem Supporters’ Club tal-United madwar id-dinja. L-unur ġie ppreżentat lil Joe fuq il-pitch f’ Old Trafford eżatt qabel il-logħba bejn Manchester United vs Nottingham Forest.
L-Ian Stirling Fan Award ġie introdott f ’Mejju 2023 b’tifkira tal-mibki Ian Stirling li b’dispjaċir miet ftit xhur qabel, f’Marzu 2023. Manchester United riedu jirrikonoxxu l-ħidma bla heda u bla egoiżmu ta’ Ian f’isem il-miljuni ta’ partitarji tal-United u għalhekk semmew dan l-unur għalih bħala rikonoxximent tal-kontribuzzjonijiet tiegħu bħala rappreżentant tal-partitarji fuq il-Fans’ Forum u l-Fans’ Advisory Board flimkien mal-ħidma tiegħu bħala ISLO (Independent Supporters’ Liaison Officer) għal Manchester United Supporters’ Trust (M.U.S.T.). Ir-rebbieħ inawgurali tal-unur is-sena l-oħra kien Ian Stirling innifsu, u martu Lynn u bintu Lucy Ann aċċettaw l-unur f’ismu waqt l-avveniment tal-Players’ Awards Night.
L-unur jonora l-impenn ta’ partitarju li jmur lil hinn mill-klabb tal-futbol ta’ Manchester United, il-partitarji tiegħu madwar id-dinja, u l-komunita’. Mijiet ta’ nominazzjonijiet minn partitarji madwar id-dinja ntbagħtu għall-konsiderazzjoni, u għalhekk hija kisba enormi għal Joe Glanville personalment, partitarju tal-United tul ħajtu kollha, u membru ewlieni ta’ MUSC Malta.
Joe Glanville mhux biss impenja ħajtu għal-United, iżda kkultiva wkoll komunita’ straordinarja ta’ partitarji madwar Malta u lil hinn minnha. Joe jagħti ħafna mill-ħin u l-memorabilja tiegħu biex jippreserva l-wirt tal-United u jaħdem bla heda biex jonora l-memorja tal-Busby babes, eżemplifikata mill-wirja marbuta mal-anniversarju ta’ traġedja ta’ Munich li ġiet imtella’ fil-klabb ta’ MUSC Malta fi Frar li għadda.
Joe għandu dehen uniku dwar il-ħajja f’Old Trafford, speċjalment matul ir-Renju ta’ Sir Alex Ferguson bħala manager. Mill-Cliff sa Theatre of Dreams, l-ebda partitarju ma kien eqreb tal-protagnoisti li għamlu lil Manchester United kbar, minn Joe Glanville. Podcast series b 4 puntati li turi dan id-dehen uniku hija disponibbli wkoll fuq YouTube.