L-Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur (MCCAA) ordnat lill-kumpaniji internazzjonali sabiex titlob lura mingħand il-konsumaturi ħames żraben tat-tfal li fihom instab ammont allarmanti ta’ kimika.
L-ammont ta’ kimika jaqbeż l-ammont legali li huwa rregolat fl-att ta’ REACH 1907/2006. Wieħed mill-kimika għandu l-iskop li jrattab u jżid l-flessibbiltà ta’ dawn il-materjali, kimika oħra li tipprevjeni li dawn il-materjali jieħdu n-nar, u żewġ kimiċi oħra li jinsabu fiż-żebgħa għall-kulur. Bil-preżenza ta’ dawn il-kimiċi għandha tkun waħda limitata minħabba l-ħsara li kapaċi joħolqu għas-saħħa tal-bniedem.
L-MCCAA wettqet għadd ta’ testijiet fuq total ta’ 10 biċċiet ta’ ħwejjeġ u żraben tat-tfal, bil-ħwejjeġ irriżultaw fin-negattiv għal ammont żejjed ta’ kimika iżda ż-żraben kollha kellhom kimiċi li qabżu l-ammont li legalment jeħtieġu jsegwu.
Kull konsumatur li xtara minn dawn il-prodotti, b’ritratt tagħhom jinsabu hawn taħt, għandhom minnufih ikellmu lill-kumpaniji msemmija hekk kif dawn m’għandhomx jiġu użati. F’każ li wieħed jeħtieġ jagħmel kuntatt mal-MCCAA għandu jagħmel dan permezz tal-email marketsurveillance@mccaa.org.mt.




Kids’ Cartoon-Themed Slides – Soft PVC Sole, Non-Slip Indoor & Outdoor Sandals for Boys and Girls CN24-25(EU30) / Yellow Ref: 3658164051

Kids Cute Shark Cartoon Rain Boots – All-Season Waterproof High-Top Shoes with Warm Plush Lining for Boys, Daily & Casual Wear, Comfortable Anti-Slip Soft Sole PVC Wellington Boots CN160(EU23) / Yellow Ref: 4837902518
//= $special ?>