Il-Paola Hub għadu bil-bibien magħluqin, wara numru ta’ snin, bl-uniku servizz li qed joffri jkun dak ta’ MRI fil-carpark.
Il-mobile units tal-MRI, li skont il-Ministru JoEtienne Abela huwa turija tal-commitment tiegħu għall-Paola Hub, huma units temporanji, u li jinsabu fil-parkeġġ tas-Southern Hub. U dan huwa ċ-ċertifikat tal-falliment ta’ dan il-Gvern.
Dan kien spjegat waqt konferenza tal-aħbarijiet tal-Partit Nazzjonalista indirizzata mix-Shadow Ministers Adrian Delia u Ian Vassallo. Adrian Delia spjega li dan huwa ċertifikat tal-falliment fis-settur tas-saħħa.
Hu elenka l-wegħdiet kollha li saru b’rabta mas-settur tas-saħħa fosthom… l-Isptar Ġenerali f’Għawdex, l-investiment f’St Luke’s u r-refurbishment ta’ Karen Grech fost ħafna oħrajn.
Id-deputat Nazzjonalista qal ukoll li mhux talli s-Southern Hub għadu magħluq, talli issa JoEtienne Abela kkonferma li mhux se jkun qed jagħmel in-Northern Hub.
Kien fid-dawl ta’ dan kollu li Adrian Delia spjega li Partit Nazzjonalista fil-Gvern se jkun qed jiżra’ l-konfort u n-normalità fis-settur tas-saħħa.
Minn naħa tiegħu, ix-Shadow Minister Ian Vassallo spjega li s-saħħa għal dan il-Gvern mhix importanti u dan il-Hub huwa xhieda ta’ dan. Dan għaliex dan is-Southern Hub kellu jiftaħ lura fl-2021, imbagħad fit-2022 kien Chris Fearne li qal li se jiftaħ fis-sajf tal-2023… u issa, fl-2024 Joetienne Abela qed jgħid li se jiftaħ fl-2025 għax għadu qed isir ittestjar.
Huwa spjega wkoll li l-fatt li għadu ma nfetaħx dan il-hub, il-fatt li l-MRI tinsab f’tinda fil-carpark, juri nuqqas ta’ viżjoni mill-Gvern.
U kien hawn li elenka l-problemi serji li qed iġib miegħu l-piż li għandu fuqu l-Isptar Mater Dei – proprju għaliex il-hubs imwiegħda sabiex itaffu dan il-piż mhux se jsiru, jew għadhom magħluqin.
Il-kelliema tal-Partit Nazzonalista impenjaw ruħhom li Gvern ġdid Nazzjonalista jinvesti bi sħiħ fis-settur tas-saħħa.
//= $special ?>