Fl-aħħar sigħat Iżrael fetaħ attakki fuq is-Sirja, inkluż f’Damasku.
Jidher li Iżrael attakka numru ta’ siti, inkluż sit li jipproduci armi magħmulin mill-kimika.
Skont rapporti internazzjonali jidher li l-Iżraeljani wettqu mal-100 attakk mill-arju fis-Sirja bil-għan li l-armi perikolużi ma jaqgħux f’idejn l-estremisti.
Dan kollu wara li fl-aħħar jiem ir-reġim ta’ Bashar al-Assad waqa’ mit-tmun tal-pajjiż, bil-President u l-familja tiegħu jaħarbu lejn Moska għall-protezzjoni.
Is-sitwazzjoni fis-Sirja hija waħda li qed tkun studjata mill-qrib minn bosta, fosthom mill-President tal-Istati Uniti Joe Biden, li wiegħed li jibgħat għajnuna umanitarja lejn is-Sirja wara l-kollass tar-reġim.
//= $special ?>