Ma weġġa’ ħadd f’inċident li kkaġġuna t-traffiku għal ċertu ħin biswit l-Isptar Mater Dei.
Skont kelliema għall-Pulizija, jirriżulta li kaġun ta’ ħsarat li esperjenzat karozza biswit l-Isptar Mater Dei, tilfet il-kontroll u baqgħet dieħla f’bollard.
Minkejja dan, jirriżulta li ma weġġa’ ħadd f’dan l-inċident, iżda nġemgħu l-karozzi għal numru ta’ ħin sakemm din il-karozza ġiet irmunkata.
Il-kelliema għall-Pulizija spjega lil Net News li l-uffiċjali tat-traffiku jinsabu fil-post sabiex jikkordinaw it-traffiku.
L-inċident seħħ fid-daħla tal-Isptar Mater Dei, li issa nfetħet għat-traffiku.
//= $special ?>