Fi PROFILI tal-lejla se nkunu qed niltaqgħu ma’ Keith Marshall, profil tant avventeruż, b’missjonijiet kontinwa biex jgħin lil dawk fil-bżonn.
Fil-bidu tal-ħidma filantropika tiegħu, il-ħidma tal-profil kienet konġunta ma’ dik ta’ Dun George Grima, taħt il-kappa tal-Moviment Missjunarju Ġesù fil-Proxxmu, issa jmexxi s-Sigma Foundation.
“Dun George lanqas naf x’ma għamilx, minn kollox, u staqsejtu kif bqajt għaddej? Weġibni… qalli l-fidi…. fidi…. għedtlu god bless you man.”

Miegħu se nitkellmu fuq il-bidla fil-karriera, l-imħabba lejn l-organizzazzjoni u anki l-mużika.
Ma’ Keith mhux biss se nitkellmu dwar id-dixxiplina biex wieħed anki jagħmel l-avventura u jgħin, imma wkoll id-dixxiplina matul il-ħajja, dan apparti wkoll il-ħidma filantropika li ssir fil-postijiet rispettivi li tant għandhom bżonn għajnuna.
PROFILI bi produzzjoni u preżentazzjoni ta’ James Aaron Ellul, b’muntaġġ ta’ Beverly Abela, illejla fit-8.30pm fuq NET TV.
Wieħed jista’ jsegwi l-episodji kollha ta’ ‘PROFILI’ fuq YouTube jew anki wħud mill-episodji fuq Spotify.
