Sport

Rebħa ta’ Udinese fuq Monza

Monza        1          Udinese      2

Fl-aħħar partita tal-15 il-ġurnata tal-Kampjonat, b’gowl f’kull taqsima Udinese kisbu s-sitt rebħa u fl-istess waqt b’20 punt qabżu lil Empoli sabiex telgħu fid-9 post.

Għall-kuntrarju, Monza bis-seba’ telfa tal-istaġun baqgħu fl-aħħar parti tal-klassifika b’10 punti biss.

Wara 6 minuti Udinese marru fil-vantaġġ. Minn azzjoni ta’ Jordan Zamura, kien LORENZO LUCCA bir-ras li għeleb lil Stefano Turati għall-uniku gowl matul l-ewwel taqsima.

Fit-tieni taqsima b’Monza aktar fil-partita, fis-47 minuta kisbu l-gowl tad-draw permezz ta’ GIORGIOS KYRIAKOPOULOS li għeleb lil Razvan Sava.  Fis-70 minuta Udinese mill-ġdid fil-vantaġġ wara li minn azzjoni ta’ Jurgen Ekkelenkamp kien JAKA BIJOL li għeleb lil Stefano Turati. 2 – 1 riżultat li bih intemmet il-partita.