Mara ta’ 30 sena spiċċat bi ġrieħi gravi f’wiċċha filwaqt li raġel ta’ 32 sena nżamm arrestat wara ġlieda bejn ġirien f’Marsaxlokk.
Il-każ seħħ għall-ħabta tat-tmienja u kwart tal-Erbgħa filgħodu, fi Triq Lepanto, meta mill-ewwel indikazzjonijiet jidher li waqt l-argument allegatament ir-raġel aggredixxa lill-mara b’arma taqta’ u bil-ponta.
Kelliema għal Pulizija spjegaw li r-raġel ħarab minn fuq il-post madanakollu nstab ftit aktar tard, bl-allegat aggressur jiġi arrestat.
Filwaqt li l-mara ttieħdet b’urġenza l-Isptar Mater Dei fejn ġiet iċċertifikata li ġarr bet ġrieħi gravi, ir-raġel qiegħed jinżamm arrestat mill-Pulizija sakemm l-investigazzjonijiet għadhom għaddejjin.
//= $special ?>