Debono Group nieda uffiċjalment skema ta’ sapport għall-impjegati biex jesploraw u jirnexxu fil-passjonijiet tagħhom, kemm attivitajiet sportivi kif ukoll oħrajn. Il-programm ġie varat waqt ġurnata ta’ attivitajiet, b’enfasi fuq l-impenn tal-kumpanija lejn l-iżvilupp personali u professjonali fil-livelli kollha ta’ TeamDebono.
Geoffrey Debono, il-Kap Eżekuttiv ta’ Debono Group, esprima l-entużjażmu u l-appoġġ tiegħu għal din l-inizjattiva, u stqarr: “L-iskema l-ġdida tippermetti lill-impjegati jesploraw ambizzjonijiet lil hinn mill-ambitu tradizzjonali tal-programmi ta’ żvilupp fin-negozju, u tassew tippermettilhom jesploraw orizzonti ġodda fil-ħajja personali u professjonali tagħhom. Billi nrawmu kultura li tappoġġja u tinkoraġġixxi lit-tim tagħna fl-ispirtu ta’ Start Your Impossible, aħna qed ninvestu b’mod attiv fin-nies tagħna, u nagħtuhom is-setgħa biex ibiddlu l-ħolm tagħhom f’realtà.”
Fil-jum tat-tnedija ntwera wkoll għall-ewwel darba d-dokumentarju dwar l-atleta Maltija tal-logħob paralimpiku Maja Theuma. In-narrattiva tad-determinazzjoni u s-suċċess tagħha tirrifletti l-valuri ewlenin tal-programm ta’ sponsorizzazzjoni l-ġdid u d-dokumentarju serva ta’ ispirazzjoni għal kull min attenda.
Maja, li l-parteċipazzjoni tagħha fil-Logħob Paralimpiku ta’ Pariġi tal-2024 kienet appoġġata minn Debono Group bħala parti mill-kampanja ‘Start Your Impossible’ tat-Toyota, ingħaqdet mat-tim ta’ Debono dakinhar u qasmet l-għarfien u l-esperjenzi mill-vjaġġ tagħha.
L-iskema ta’ sponsorizzazzjoni għall-impjegati timmarka bidu promettenti għall-inizjattiva mmirata biex twessa’ l-opportunitajiet personali u professjonali tal-membri ta’ TeamDebono. Bl-attivitajiet tal-ewwel jum iqanqlu interess u entużjażmu, Debono Group huwa ottimist dwar id-diversi proġetti u kisbiet personali li żgur li se jirriżultaw minn din l-iskema. Hekk kif l-impjegati jibdew jisfruttaw l-appoġġ u r-riżorsi pprovduti, Debono Group huwa impenjat li jinkoraġġixxi u jsegwi l-progress fl-attivitajiet tal-għażla tagħhom.
//= $special ?>