It-tellieqa Round Comino Race organizzata mir-Royal Malta Yacht Club (RMYC) waslet għal tmiem eċċitanti, b’Elusive 2, tal-familja Podesta u Calypso ta’ Sebastian Ripard jaqsmu l-ewwel post fuq il-ħin korret.
Elusive 2 kienet l-ewwel jott li spiċċat it-tellieqa b’distakk ta’ madwar 13-il minuta fuq Calypso, iżda wara it-teħid tar-riżultat fuq ħin korret wera riżultat ta’ parità. Riżultat li qatt ma nkiseb fl-istorja riċenti tal-Club u dan jirrifletti l-livell għoli tal-kompetizzjoni f’din it-tellieqa li saret is-Sibt waranofsinhar.
Mill-bidu tat-tellieqa, il-flotta ffaċċjat riħ li beda jżid fil-qawwa kif ukoll bidliet kontinwi fid-direzzjoni lejn il-fliegu ta’ Kemmuna. Fir-rotta lura lejn ir-Royal Malta Yacht Club minn hemm, ġiet żviluppata korsa veloċi bir-riħ jilħaq veloċitajiet sa madwar 20 mil nawtiku fis-siegħa.
Min-naħa tagħhom, l-ekwipaġġ ta’ Calypso ħadu gost bil-kompetiżżjoni li kellhom mal-jott Jubatus ta’ Sean Borg kif ukoll it-tellieqa kontra Elusive 2 fuq ħin korrett.
Dan ir-riżultat jikkonferma perjodu pożittiv ħafna fl-istorja riċenti tat-tlielaq tal-Club.
Klassi IRC 2
Fil-Klassi IRC 2, Juniper ta’ Brian Flahive, J/92, rebħet il-klassi tagħha wara battalja eċċitanti ma’ Alecto ta’ Charles Cronin, jott J/92 oħra. “Aħna konna flimkien kważi l-vjaġġ kollu, li għamel din it-tellieqa waħda eċċitanti u kompetittiva,” qal Fl
Fl-istess waqt, fil-Kategorija tal-Cruising, Dimm ta’ Kevin Pisani Zammit kompliet l-andament impressjonanti tagħha, b’rebħa oħra fil-kategorija tagħha.
It-tellieqa kienet taħt id-direzzjoni tar-Race Officer Piero Picone.
L-aħħar tellieqa fuq il-kalendarju tal-RMYC hija Medcomms Round Malta Race, li se ssir nhar il-Ġimgħa, 13 ta’ Diċembru.
//= $special ?>