Is-Super One jinsabu għaddejjin minn ferneżija ta’ fake news, stejjer ivvintati mill-bidu sal-aħħar jittantaw jiddevjaw l-iskandli li għandhom fuqhom u jfarfruhom fuq ħaddieħor.
L-aħħar gidba tkun li tliet deputati attwali tal-Partit Nazzjonalista ma rritornawx xi żieda parlamentari li kienu ngħataw – fatt li saħasitra snin ilu l-Eks Mexxej tal-Labour Joseph Muscat qal li dawn kienu ġew ritornati lura kompletament.
L-ironija hija li s-Super One qed jivvinta dan kollu wara li l-poplu qed isir jaf bi skandlu; wieħed wara l-ieħor, u stejjer ipprovata iswed fuq l-abjad fejn tal-qalba tal-Labour, ħbieb, partners u oħrajn qed jimpalaw il-mijiet ta’ eluf ta’ ewro minn flus il-poplu – fost oħrajn minn impjiegi fantażma.
//= $special ?>