L-Arċidjoċesi ta’ Malta u Fondazzjoni Wirt Artna ffirmaw ftehim storiku sabiex tiġi restawrata l-Knisja ta’ Santa Barbara fi Triq ir-Repubblika, il-Belt Valletta.
Din il-knisja kif narawha llum tmur lura għas-seklu 18 li fl-aħħar snin ma kinitx imħarsa sew tant li sofriet minn ħsarat sostanzjali.
Net News tkellem ma’ Monsijur Paul Vella fejn spjegalna l-importanza ta’ dan il-ftehim. Dan minħabba li l-knisja mhix biss post ta’ importanza għall-Kristjani, iżda anke hi ta’ importanza storikament hekk kif din kienet taqa’ taħt idejn il-bumbardieri. Minn naħa tiegħu, Mario Farrugia mill-Fondazzjoni Wirt Artna spjegalna iktar fid-dettall xi ħsarat għandha din il-knisja.
Is-sagrestija tal-knisja hija parti mill-knisja ewlenija li nbniet fl-1573. Il-knisja, imbagħad, inbniet mill-ġdid fl-1739. Fi żmien l-Ordni ta’ San Ġwann, din kienet il-knisja tal-bumbardieri u fil-fatt ħafna minnhom jinsabu midfuna fil-kripta tal-knisja.
Fl-1904 tqiegħdet statwa tal-Verġni Marija fil-faċċata tal-knisja biex tfakkar il-ħamsin anniversarju mid-definizzjoni tad-Domma tal-Fidi dwar it-Tnissil Bla Tebgħa tal-Verġni Marija.
Illum, din il-knisja hija l-knisja parrokkjali tal-Ingliżi, l-ranċiżi u l-Ġermaniżi li joqogħdu f’Malta.
//= $special ?>