Lokali

Imxejjen attentat ta’ serqa mill-Katidral ta’ Għawdex

Sfuma fix-xejn l-attenta ta’ serqa li pprovaw iwettqu żewġ persuni li fis-sigħat bikrin ta’ dalgħodu pprovaw jidħlu fil-Katidral ta’ Għawdex.

Jirriżulta li l-ħallelin tgerrxu bil-preżenza ta’ xi watchmen li kienu fiċ-Ċittadella f’dak il-ħin, u li lemħu liż-żewġt irġiel jippruvaw jiżgassaw bieb fil-ġenb tal-Katidral.

Il-każ seħħ għall-ħabta tal-5am.

Nies li tkellmu ma’ Net News qalulna li l-ħallelin kienu lebsin hood, u pprovaw jidħlu minn naħa tas-Sagristija. Iżda l-irġiel ħarbu immedjatament malli ndunaw bil-watchmen.

Il-każ qed ikun investigat mill-Pulizija, fejn qed jiġu analizzati wkoll filmati tas-CCTV meħudin miċ-Ċittadella.