“Is-sitwazzjoni tal-għalliema fl-MCAST ilha wisq tkarkar. U jeħtieġ tinstab soluzzjoni”.
Hekk iddikjaraw il-lecturers tal-MCAST li fl-aħħar sigħat ippreżentaw petizzjoni direttament lill-Prim Ministru, fejn appellaw għal soluzzjoni xierqa. Dan peress li l-ftehim kollettiv tal-lecturers ilu tliet snin li skada u l-Gvern għadu sa issa jkaxkar saqajh.
Il-petizzjoni kienet iffirmata minn 281 lecturer.
Il-lecturers tal-MCAST qalu li din is-sitwazzjoni qed toħloq sens ta’ frustrazzjoni, u jridu azzjoni deċiżiva min-naħa tal-Gvern.
//= $special ?>