Futbol Sport

L-Arabja Sawdija se tospita t-Tazza tad-Dinja tal-2034

Il-FIFA ħabbret li l-Arabja Sawdija se tkun qed tospita t-Tazza tad-Dinja tal-2034. Kien imħabbar ukoll li Spanja, il-Portugall u l-Marokk se jospitaw it-Tazza tad-Dinja tal-2030 fejn se jkunu qed jintlagħbu wkoll partiti fl-Arġentina, il-Paragwaj u l-Urugwaj sabiex ifakkru l-100 sena tal-kompetizzjoni.

Dan kollu kien imħabbar waqt Kungress tal-FIFA, bil-211-il Federezzjoni jkunu preżenti b’mod virtwali. In-Norveġja astejnew mill-vot, bil-Federazzjoni tal-Futbol Żvizzera tgħid li għandha r-riservi tagħha minħabba raġunijiet marbuta mad-drittijiet tal-bniedem.

S’issa nbnew erba’ stadiums minn ħmistax-il stadium li jrid jinbena sabiex jintlagħbu l-logħob fis-sena 2034.