Mara mis-Swieqi kellha tittieħed b’urġenza l-Isptar Mater Dei wara li ntlaqtet minn vettura fin-Naxxar.
Il-każ seħħ ftit wara l-ħdax tal-Erbgħa filgħodu fi Triq Bradford, kantuniera ma’ Triq il-Kappella tax-Xagħra, meta għal xi raġuni l-mara ta’ 60 sena sfortunatament ittajret minn karozza misjuqa minn mara ta’ 48 sena mill-Mosta.
Minnufih ġie msejjaħ tim mediku tal-ambulanzi li ħa lill-vittma l-isptar għal aktar kura fejn ġiet iċċertifikata li weġġgħet gravi.
Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet meħtieġa.
//= $special ?>