Futbol Sport

Pass importanti għal Arsenal, ikomplu l-problemi għal Man City

Arsenal kisbu rebħa komda f’darhom ta’ 3-0 fuq Monaco u b’hekk komplew jersqu viċin il-kwalifikazzjoni. Bukayo Saka poġġa lil Arsenal fil-vantaġġ wara 34 minuta, bl-istess plejer jirdoppja fit-78 minuta. Kai Havertz għamilhom 3-0 lejn it-tmiem.

F’ Turin, rebħa mportanti għal Juventus meta għelbu lil Man City 2-0. Il-partita żvolġiet fit-tieni taqsima meta l-ewwel fit-53 minuta kien Dusan Vlahovic li fetaħ l-iskor biex fil-75 minuta Weston McKennie għamilhom 2-0.

Barcelona kisbu rebħa kruċjali ta’ 3-2 kontra Borussia Dortmund. Raphinha poġġa lill-Ispanjoli fil-vantaġġ fit-53 minuta, iżda penalty ta’ Serhou Guirassy ġab l-iskor indaqs seba’ minuti wara. Ferran Torres poġġa lill-Katalani fil-vantaġġ fil-75 minuta, bi Guirassy jerġa jagħmel l-iskor indaqs. Il-gowl li ddeċieda l-partita wasal fil-85 minuta permezz ta’ Ferran Torres.

Illum

A. Madrid v S. Bratislava 3-1
Lille v S. Graz 3-2
Milan v C. Zvezda 2-1
Arsenal v Monaco 3-0
Benfica v Bologna 0-0
B. Dortmund v Barcelona 2-3
Feyenoord v S. Prague 4-2
Juventus v Man City 2-0
Stuttgart v Y. Boys 5-1