‘Din kienet partita iebsa kontra, fl-opinjoni tiegħi, l-aħjar tim tal-Kampjonat’. Dawn kienu l-ewwel kummenti tal-kowċ ta’ Birkirkara Stefano De Angelis wara draw tat-tim tiegħu kontra Sliema Wanderers. De Angelis kompla hekk: ‘Meta nħares lejn dak li seħħ matul il-partita rrid nagħti l-kumplimenti lill-players li ħadmu ħafna l-aktar meta għall-aħħar tletin minuta konna bi player anqas wara t-tkeċċija ta’ Samurai. Ninsab sodisfatt b’dak li għamilna fejn anki bdilna ftit għat-tieni taqsima biex nippruvaw inżommu lill-bravi Magri Overend u Beerman. Issa rridu nħarsu ‘l quddiem lejn il-logħba li jmiss kontra Hibernians fejn ser tkun iebsa wkoll hekk kif ser ikollna n-nuqqas ta’ Satariano u Samurai.’
‘Interpretazzjoni perfetta mill-players tagħna’
- Paul Zammit, kowċ Sliema W. FC
 
‘Konna konxji mid-diffikultà li ser toffri din il-partita hekk kif l-avversarji tagħna kienu l-leaders tal-klassifika. Imma l-players tagħna kellhom interpretazzjoni perfetta.’ Kliem il-kowċ ta’ Sliema Wanderers Paul Zammit li kompla jżid: ‘Kellna kontroll tal-logħba u forsi fl-uniku żball li għamilna sofrejna l-gowl tad-draw. Imma ninsab kburi bil-players tiegħi fejn issa rridu nħarsu ‘l quddiem lejn il-logħba li jmiss li hija l-finali tas-Sup Cup kontra Ħamrun Spartans. Aħna tim li niddependu ħafna fuq il-kollettiv minkejja li hemm individwi li kapaċi jagħmlu d-differenza wkoll.’

TIM TAL-ĠIMGĦA
Goalkeeper: Aleksander Lubik (Melita)
Difensuri: Strahinja Jovancic (Żabbar SP), Emerson Marcellina (Ħamrun Spartans), M.Texeira (Mosta)
Midfielders: Khevin Rodrigo Fraga (Hibernians), Karl Mohnani (Melita), Brian Gambarte (Żabbar SP), Simon Zibo (Sliema W.)
Attakkanti: Giannis Bastianos (Hibernians), Luke Montebello (Ħamrun Spartans), Jurgen Degabriele (Hibernians)
| KLASSIFIKA – TOP SIX | PARTITI | PUNTI | 
| Birkirkara | 14 | 32 | 
| Floriana | 14 | 29 | 
| Sliema Wanderers | 14 | 27 | 
| Hibernians | 14 | 24 | 
| Ħamrun Spartans | 14 | 21 | 
| Mosta | 14 | 16 | 
| KLASSIFIKA – BOTTOM SIX | PARTITI | PUNTI | 
| Gżira United | 14 | 19 | 
| Marsaxlokk | 14 | 19 | 
| Melita | 14 | 15 | 
| Naxxar Lions | 14 | 11 | 
| Żabbar St.Patricks | 14 | 10 | 
| Balzan | 14 | 9 | 
LOGĦOB LI JMISS
Is-Sibt 14 ta’ Diċembru. 2024
Stadium Nazzjonali
2.15pm B’Kara vs Hibernians
5.00pm Melita vs Żabbar SP
Il-Ħadd 15 ta’ Diċembru, 2024
Centenary Stadium
1.30pm M’Xlokk vs Naxxar L.
4.00pm Gżira Utd. vs Balzan
It-Tlieta 17 ta’ Diċembru, 2024
Victor Tedesco Stadium
6.00pm Ħamrun S. vs Mosta
Stadium Nazzjonali
7.00pm Floriana vs Sliema W.
| L-AQWA SKORERS | GOWLS | 
| Maxuell Samurai (Birkirkara) | 10 | 
| Franklin Sasere (Floriana) | 8 | 
| Gabriel Mentz (Gżira United) | 8 | 
| Luke Montebello (Ħamrun Spartans) | 8 | 
| Jurgen Degabriele (Hibernians) | 7 | 
| Andre (Melita) | 6 | 
| Lecao (Gżira United) | 5 | 
| Alex Tanque (Marsaxlokk) | 5 | 
| Udoyen Akpan (Balzan) | 5 | 
| Yuri Messias (Marsaxlokk) | 5 | 
| Vito Plut (Sliema Wanderers) | 5 | 
| Brian Gambarte (Żabbar St.Patricks) | 5 | 
| CLEAN SHEETS | PARTITI | 
| Birkirkara | 8 | 
| Sliema Wanderers | 7 | 
| Floriana | 7 | 
| Hibernians | 5 | 
| Gżira United | 3 | 
| Melita | 3 | 
| Ħamrun Spartans | 2 | 
| Mosta | 2 | 
| Naxxar Lions | 2 | 
| Żabbar St.Patricks | 2 | 
| Balzan | 1 | 
| Marsaxlokk | 1 | 


