Wara li lbieraħ tressqet petizzjoni urġenti mil-lecturers tal-MCAST sabiex il-Gvern b’mod immedjat isolvi l-kwistjoni pendenti tal-Ftehim Kollettiv, ix-Xandir Nazzjonali għażel li jinjora din il-karba tal-lecturers. Tant li l-petizzjoni tagħhom ma ġietx rappurtata minn TVM.
Fi stqarrija, il-lecturers tal-MCAST faħħru lill-portals tal-aħbarijiet, fosthom Net News, li kellhom id-diċenza jagħtu spazju lilhom u jitfgħu dawl fuq din is-sitwazzjoni li qed toħloq ukoll stress kbir fuq l-istudenti.
Apparti TVM, anke l-aħbarijiet tal-midja Laburista għażlu li jiċċensuraw din il-petizzjoni. Fl-istess nifs li nfexxew fil-publikazzjoni ta’ ‘fake news’, waħda wara l-oħra.
//= $special ?>
