Lokali

L-RIU msejħa f’Ħaż Żebbuġ wara argument bejn żewġ irġiel

Fl-aħħar ħin isejħu l-Pulizija tar-Rapid Intervention Unit fi Triq Sciortino, Ħaż Żebbuġ, wara argument bejn żewġ irġiel. Filwaqt li fuq il-post hemm ambulanza preżenti.

Kelliema għall-Pulizija spjega li sa issa l-informazzjoni li għandhom il-Pulizija jidher li seħħ argument bejn tal-inqas żewġ persuni – fejn fil-post issejħu l-Pulizija tad-distrett u anke uffiċjali mill-RIU sabiex jikkontrollaw is-sitwazzjoni.