Lokali

“Manupulazzjoni” – kundanna internazzjonali għall-midja ta’ Robert Abela

Il-midja Laburista spiċċat kundannata minn organizzazzjoni internazzjonali għall-mod li bih immanuvrat attakk fuq ġurnalist tat-Times.

Il-każ huwa marbut ma’ xogħol ġurnalistiku ta’ Jacob Borg, li spiċċa fil-mira tas-Super One. Bl-editur tal-organizzazzjoni Franċiża Mediapart tinisti li r-rappurtaġġ tal-midja Laburista kien biss “manipulazzjoni”.

Din mhix l-ewwel darba fl-aħħar xhur li l-midja ta’ Robert Abela qalgħet ċamata; għalkemm din id-darba l-kundanna waslet minn entità internazzonali.

Madiapart ikkundannat is-sens manipulattiv li bih inkiteb is-servizz li xxandar minn One News biex jattakka personalment lill-ġurnalist Jacob Borg. Fejn fil-kundanna tagħhom fakkru li dan l-istazzjon huwa kontrollat mill-Partit Laburista.

F’dan is-servizz, il-ġurnalist mhux biss jissemma’ b’ismu iżda juru ritratt tiegħu – fejn esponewh għall-attakki tal-partitarji fuq il-midja soċjali. Is-Super One attakka wkoll l-OCCRP – l-istess organizzazzjoni li ħames snin ilu tat it-titlu tal-Politiku Korrott tas-Sena lil Joseph Muscat.