L-Union tal-Għalliema ħabbret li se tiġi organizzata protesta mill-impjegati tal-MCAST hekk kif fi kliem l-MUT stess ilhom għal dawn l-aħħar sentejn u disa’ xhur għaddejjin b’negozjati għal ftehim kollettiv mal-MCAST. Iżda issa… il-Gvern mhux lest li jkompli n-negozjati dwar dan l-ftehim kolletiv li skada tliet snin ilu.
U għaldaqstant, wara l-aħħar komunikazzjoni li kellha mal-MCAST, l-MUT iddikjarat li se tieħu passi ulterjuri.
B’hekk, isejjħet protesta li se tkun qed issir nhar It-Tlieta 17 ta’ Diċembru fid-9.45am quddiem il-Ministeru tal-Edukazzjoni fil-Furjana.
Fejn Uffiċjali tal-MUT se jkunu qedin jindirizzaw kemm lil-lecturers u anke lill-media preżenti.
Din hija protesta oħra li se issir wara serje ta’ protesti li saru f’dawn l-aħħar xhur kemm mill-istudenti u kemm mill-għalliema.
Huwa evidenti li fost il-lecturers u anke fost l-istudenti qed tikber l-frustrazzjoni hekk kif issa wassal biex jagħlaq l-ewwel semestru u kulħadd għadu fil-għama. Dan jgħoddu ukoll anke għall-ITS fejn għaddejja sitwazzjoni simili.
//= $special ?>
